Tuesday, May 14, 2024

L-attur Amerikan Jeremy Renner isirlu intervent kirurġiku b’suċċess iżda għadu f’kundizzjoni kritika

Aqra wkoll

L-attur Amerikan Jeremy Renner sarlu intervent kirurġiku b’suċċess iżda għadu f’kundizzjoni kritika wara inċident li kellu b’moħriet meta kien qiegħed ineħħi l-borra barra r-residenza tiegħu.

“Renner sofra ‘blunt chest trauma’ u ġrieħi ortopediċi u għadu fit-taqsima tal-kura intensiva,” qalet Samantha Mast fi stqarrija lill-midja Amerikana lbieraħ filgħaxija.

Huwa ttella’ bl-ajru fl-isptar il-Ħadd wara inċident li kellu barra d-dar tiegħu f’Nevada. L-Istati Uniti ntlaqtet minn maltempati bis-silġ li qatlu diversi persuni.

“Il-familja ta’ Jeremy tixtieq tesprimi l-gratitudni tagħhom lejn it-tobba u l-infermiera li qed jieħdu ħsiebu,” qalet il-pubbliċista Mast fi stqarrija.

Il-familja tiegħu rringrazzjat ukoll lill-pulizija lokali u lis-servizzi tat-tifi tan-nar, u qalet li kienu grati immens għall-apprezzament ta’ mħabba u appoġġ mill-partitarji tiegħu.

Sport