Sunday, December 22, 2024

F’Novembru li għadda kien hemm ħames minuri li talbu l-ażil f’Malta 

Aqra wkoll

Illum huwa l-Jum Internazzjonali tal-Ġustizzja Soċjali, jum li fih skont statistika maħruġa mill-Eurostat sar magħruf li ħames minuri talbu għal-protezzjoni internazzjonali  f’pajjiżna.  

Mill-informazzjoni li ngħatat mill-Eurostat sar magħruf li f’Novembru tas-sena li għaddiet kien hemm 108,950  persuna li applikaw għal protezzjoni internazzjonali f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Dan ifisser żieda ta’ 11 fil-mija meta mqabbel ma’ Novembru tas-sena 2022.

L-akbar talbiet ta’ protezzjoni saru minn persuni Sirjani. Filfatt dawn ammont għal 23,460 persuna. Warajhom ġew persuni mit-Turkija b’12,870 persuna, segwiti minn persuni mill-Afganistan b’7,930, 6,175 mill-venezuela u 5,455 mill-Kolumbja. 

L-istess bħax-xhur ta’ qabel, l-aktar pajjiż li irċieva applikazzjonijiet għal protezzjoni kien il-Ġermanja b’36,495 applikazzjoni u wara ġiet l-Italja b’14,160 applikazjoni, segwiti minn Spanja b’14,105 applikazzjoni, Franza b’14,070 applikazzjoni u l-Greċja b’10,285 applikazzjoni.

Meta mqabbla skont il-popolazzjoni, l-akbar ammont ta’ talbiet għal protezzjoni saru f’Ċipru u l-Greċja.

Kien hemm 3,510 minuri mhux akkumpanjati li applikaw għal protezzjoni f’pajjiżi Ewropej. 3,510 applikazzjoni saret minn minuri mhux akkumpanjati, fejn l-akbar ammont minn dawn kienu ġejjin mis-Sirja u mill-Afganistan.

Il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li irċevew l-aktar talbiet ta’ minuri mhux akkumpanjati   kienu l-Ġermanja b’1,365 talba, l-Olanda b’615 alba, l-Italja b’315 talba u l-Greċja b’305. Matul Novembru Malta kellha ħames talbiet.

Ekonomija

Sport