Monday, May 13, 2024

Bniedem b’ċippa f’moħħu jħaddem it-tekonoloġija permezz tal-ħsieb

Aqra wkoll

Kienu ħafna dawk xettiċi dwar Elon Musk, il-biljunarju Amerikan, meta kien ħabbar li sar l-ewwel darba impjant ta’ ċippa f’moħħ ta’ bniedem. Ix-xettiċiżmu u l-kritika lil Musk ma tellfitux, – u għal kuntrarju għenitu, tant li fuq l-pjattaforma X, spjega li l-pazjent biċ-ċippa f’moħħu, qed jirnexxielu jagħmel attivitajiet permezz tal-ħsieb. 

Fl-istess messaġġ, Elon qal; “Il-progress tekoloġiku jidher li sejjer tajjeb u l-pazjent qed rkupra tajjeb. Qed naraw affarijiet ġodda li qabel ma’ konniex naraw. Innutajna li dan kien qiegħed iċaqlaq il-mouse tal-kompjuter madwar l-iskrin permezz tal-ħsieb”. 

Musk qal li l-kumpanija tiegħu Neuralink, qed taħdem sabiex tiżviluppa interferenza tas-sistema fil-moħħ tal-bniedem. 

Il-ħolma ta’ Musk hija li maż-żmien, jkun hemm iktar bnedmin li jitħajjru jersqu għal dan l-impjant sabiex b’hekk ikun hawn iktar nies fid-dinja li jikkontrollaw apparat teknoloġiku bil-ħsieb biss.  

Sport