Sunday, December 22, 2024

Foiling 100: Sfida 100km bejn Malta u Sqallija bil-windsurfing

Aqra wkoll

Numru ta ’windsurfers ta’ potenzjal kbir se jieħdu sehem fuq il-Foiling 100 Challenge, li hi d-distanza ta’ 100km minn Malta sa Ragusa. Din se tkun l-itwal tellieqa tal-windfoil fuq stadju wieħed fid-dinja.

Il-Commodore tal-Malta Young Sailors Club is-Sur Christian Bajada spjega li t-tim organizzattiv tal-Malta Young Sailors Club jiftaħar esperjenza estensiva fl-ospitar ta’ avvenimenti internazzjonali bħall-Euromed u diversi sailing clinics matul is-sena – dan minbarra l-avvenimenti ta’ ranking lokali sanzjonati minn Malta Sailing Federation.

Il-Club huwa msaħħaħ minn atleti b’esperjenza kompetittiva fl-areni Olimpiċi u tal-Kampjonat Dinji, li jiżguraw l-ogħla standards ta’ professjonaliżmu u eċċellenza fl-eżekuzzjoni tal-avveniment li ilhom jaħdmu bla heda lejn dan l-avveniment.

Fil-formazzjoni ta’ atleti għall-isfida Foiling 100 hemm Jean Paul Fleri Soler, li ta’ 59 sena huwa l-akbar u l-aktar esperjenza tal-flotta. Filwaqt li huwa pjuttost ġdid fil-Klassi IQ foil, huwa rrappreżenta lil Malta darbtejn fil-Logħob Olimpiku tal-1988 (Seoul) u l-1992 (Barċellona) u rebaħ it-tellieqa Sqallija-Malta Windsurf tliet darbiet.

Fost l-atleti li ser jieħdu sehem wieħed isib lil Jean Paul Fleri Soler, li għandu 59 sena u għandu l-aktar esperjenza tal-flotta. Filwaqt li huwa pjuttost ġdid fil-Klassi IQ foil, huwa rrappreżenta lil Malta darbtejn fil-Logħob Olimpiku tal-1988 (Seoul) u l-1992 (Barċellona) u rebaħ it-tellieqa Sqallija-Malta Windsurf tliet darbiet.

L-aħwa Miggiani, Karl (26) u Shaun (22) bdew jikkompetu f’din il-klassi erba’ snin ilu. Karl waqqaf rekord nazzjonali ġdid fl-avvenimenti finali ta’ kwalifikazzjoni li wasslu għal din l-isfida. Thomas Zammit Tabona, ta’ 30 sena, għandu snin twal ta’ esperjenza fl-ibburdjuar offshore, u f’età żgħira, kien wieħed mill-iżgħar baħrin li tellaq fir-Rolex Middle Sea Race u kien parti mill-ekwipaġġ ta’ Elusive 2 li rebħu l-edizzjoni tal-2019.

Flimkien mal-baħrin Maltin ser jikkompetu tliet baħrin minn pajjiżi oħra: il-Ġermanja, l-Olanda, u l-Polonja.

Il-Ġermaniż Nico Prien huwa windsurfer professjonali u president tal-Assoċjazzjoni Professjonali tal-Windsurfers (PWA). B’diversi titli ta’ Kampjonati, ilu jikkompeti għal dawn l-aħħar 16-il sena u bħalissa jikkompeti fit-Tour Dinji tal-PWA.

Bob van de Burgt ġej mill-Olanda, u ilu jikkompeti għal dawn l-aħħar disa’ snin, huwa wkoll windsurfer professjonali, li għamel id-debutt tiegħu fiċ-ċirkwit professjonali fl-2023. Bħalissa jinsab fit-22 post tar-rankings. Il-Pollakk Kamil Manowiecki għandu 22 sena huwa Champion Pollakk multiplu f’diversi kategoriji ta’ windsurfing, midalja tal-fidda fil-Kampjonati Ewropej RS:X u midalja tal-bronż fil-Kampjonati tad-Dinja. Prezentament qed jistudja Malta.

L-Uffiċjal Prinċipali tat-Tellieqa Andrew Wilson, li kkompeta fil-windsurfing fil-Logħob Olimpiku tal-1996 f’Atlanta spjega l-programm tal-avvenimenti għal tmiem il-ġimgħa. Bħala organizzaturi, it-tim alloka tlett ijiem biex isir l-avveniment. Minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp qedin jinbidlu ta’spiss bħalissa ġie deċiż li l-avveniment ser jseħħ bejn s-Sibt u l-Ħadd. Ix-xenarju tat-temp għadu fluwidu u għalhekk ser jkun hemm possibilta li ttellieqa ssir  minn Ragusa għal Malta nhar il-Ħadd. Din il-bidla mhux se taffettwa l-pjanijiet li t-tiġrija tkun fuq distanza ta’ 100km.

Wilson kompla jispjega s-sistema ta’sapport li se tkun preżenti biex tiżgura passaġġ sikur għall-atleti – dan jinkludi dgħajsa għal kull parteċipant kif ukoll timijiet mediċi fuq dgħajjes separati biex jiġi żgurat l-aħjar ħin ta’ rispons.

Fi tmiem il-konferenza stampa l-Onor. Is-Sur Chris Agius, Chairman ta’ Yachting Malta, li sellem lil dawk preżenti u wera l-entużjażmu tiegħu dwar il-Foiling 100 Challenge bħala l-avveniment li ser jgħati bidu għall-2024 Yachting Malta Race Week. Huwa enfasizza li l-avveniment ta’ din is-sena se jkun l-akbar sa issa, minn meta ingħata l-bidu tiegħu fl-2021. Kompla jispjega li l-Yachting Malta Race Week ser tkun qed tospita avvenimenti madwar l-ibburdjar f’Malta u se tinkludi Dinghy Ranking Regatta, tlielaq u kruċieri ta’jottijiet kif ukoll żewġ inizjattivi riċenti – Steering the Course – programm immirat biex jattira aktar nisa lejn l-ibburdjar u ibburdjar inklużiv li se jkun qed isir fuq dgħajjes tal-klassi Hansa 303 approvati mill-World Sailing.

Foiling 100 qed jiġi sponsorjat minn Yachting Malta Ltd u appoġġjat minn Visit Malta, Casa Amigos u Enemed.

Aktar appoġġ ingħata minn DK Nautical, Gillieru Harbour Hotel, Malta Sailing Federation, Malta Yacht Charters, Mission Critical Solutions, Porto Turistico Marina di Ragusa,  S&D Yachts, Tenuta Bastonaca, Red Cross (Malta) u Severne.

Foiling 100: Sfida 100km bejn Malta u Sqallija bil-windsurfing.

Numru ta’windsurfers ta’ kalibru se jieħdu sehem fuq il-Foiling 100 Challenge, li hi d-distanza ta’ 100km minn Malta sa Ragusa. Din se tkun l-itwal tellieqa tal-windfoil fuq stadju wieħed fid-dinja.

Ekonomija

Sport