Inter qed jikkunsidraw li jiksbu s-servizzi tal-attakkant żagħżugħ Folarin Balogun. Dan tal-aħħar għad għandu biss 22 sena u kellu staġun mill-aqwa ma’ Stade Reims fi Franza.
Minkejja kollox, anke Arsenal daħlu għalih bit-tama li jissodisfaw iċ-ċifra ta’ €44 miljun li jridu għalih Reims.
Sadanittant aktar pretendenti ngħaqdu ma’ dawn iż-żewġ klabbs sabiex jakkwistaw lill-plejer Amerikan u fosthom hemm Juventus, Marseille, RB Leipzig u xi klabbs Amerikani.
Minkejja kollox, Inter jibqgħu favoriti li jmorru għalih l-ewwel.