Friday, May 3, 2024

Ciro Immobile se jibqa’ ma’ Lazio

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Taljan Ciro Immobile mar fuq il-profil soċjali tiegħu fuq Twitter sabiex ħabbar li fl-istaġun li ġej se jerġa’ jilbes il-flokk ta’ Lazio.

“Ejja niktbu l-istorja ta’ Lazio flimkien, jien se nkun hemm. Nistennikom.”

Kienu kliem ta’ kuraġġ għall-partitarji ta’ Lazio li għall-bidu ħasbu li d-diversi proposti li ressqulu timijiet mill-Arabja Sawdija inkluż ammont kbir ta’ flus setgħu għamew lil dan il-plejer.

Madankollu hu serraħ ras il-partitarji tiegħu meta qal li jrid jirbaħ aktar trofej mal-Biancocelesti.

Sport