Sunday, November 24, 2024

Folol kbar itemmu s-sena u jilqgħu l-ġdida fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Eluf ta’ nies is-Sibt ingħaqdu flimkien jiċċelebraw il-bidu tas-sena 2023 fil-Belt Valletta. Wara nuqqas ta’ sentejn ta’ attivitajiet għall-massa, in-numru ta’ Maltin u turisti fil-Belt Valletta lbieraħ kompla jiżboq lil dak tas-snin ta’ qabel il-pandemija fejn hu stmat li aktar minn 50,000 persuna attendew għas-serata ta’ lejlet l-ewwel tas-sena.

Dan l-avveniment, li xxandar b’mod dirett minn Pjazza San Ġorġ bis-sehem ta’ numru kbir ta’ kantanti u mużiċisti Maltin, kien jimmarka t-tmiem ta’ xahar sħiħ ta’ attivitajiet organizzati mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bħala parti mill-Programm Christmas in the Capital.

Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef iddeskriva x-xeni ta’ folol enormi bħala impressjonanti. Micallef qal li daqstant ieħor kienet il-wirja li nghatat mill-aqwa talent lokali ta’ muzicisti u kantanti minfuq stage stupend f’kull sens. 

Iċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena ġew organizzati minn G7 permezz ta’ Ftehim ta’ Sħubija għall-Avvenimenti u Inizjattivi fuq Skala Kbira mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvern Lokali. 

Sport