Tuesday, May 14, 2024

Liverpool jagħmlu offerta għall-Marokkin Sofyan Amrabat

Aqra wkoll

Meta llum fetaħ is-suq tat-trasferiment ta’ Jannar, Liverpool issottomew offerta għall-midfielder internazzjonali Marokkin ta’ Fiorentina, Sofyan Amrabat. 

Iżda l-offerta ta’ £35 miljun ma ġietx aċċettata mill-Viola minħabba li t-talba tagħhom hija dik ta’ £44 miljun. 

Fil-jiem li għaddew, ir-Reds għamlu kuntratt ma’ Brighton fit-tentattiv li jiffirmaw lill-midfielder internazzjonali Ekwadorjan, Moises Caicedo. Iżda t-talba tas-Seagulls hija dik ta’ £62 miljun liema somma l-club minn Anfield mhuwiex lest li jħallas. 

Peró, il-coach Jurgen Klopp huwa konxju li f’nofs il-ground għandu problema fejn id-dgħufija tiegħu qed tiġi esposta u għaldaqstant irid jindirizza din il-problema minnufih. 

Filwaqt li għada jmorru jilagħbu għand Brentford, teżisti possibbiltá li l-akkwist il-ġdid, Cody Gakpo, jagħmel id-debutt tiegħu ma’ Liverpool, jekk id-dokumenti neċessarji jaslu fil-ħin fil-kwartieri ġenerali tal-FA Ingliża.

Sport