Il-Malta Premier League waqqfet Fond ta’ Solidarjeta’ li permezz tagħha se tkun qed tqassam parti mid-dħul tal-clubs tal-ogħla diviżjoni tal-football Malti lil diviżjonijiet oħra.
Il-clubs tal-Malta Premier iddeċidew li jallokaw €150,000 mid-dħul tagħhom, u mhux mill-fondi tal-UEFA, għal dan il-għan.
Dawn il-flus se jitqassmu 45% lil clubs taċ-Challenge League, 33% lil clubs tan-National Amateur League I u 22% lil clubs tan-National Amateur League II.
Din id-deċiżjoni mill-clubs tal-Malta Premier turi li minkejja li m’hemm l- ebda obbligu, l-Malta Premier League jibqa miftuħ għal djalogu ġenwin u solidarjeta’.
It-tqassim ta’ fondi lil clubs tan-National Amateur League I u II qed isir f’ konformita’ mar-regoli kollha u wara li l-MPL ħadet in kunsiderazzjoni reazzjoni li kien hemm għal mod kif tqassmu fondi simili s-sena li għaddiet u wara djalogu mall-MFA.

