Thursday, July 30, 2026
Home Sport Shaun Bajada jirritorna bħala kowċ ta’ Qala Sants FC

Shaun Bajada jirritorna bħala kowċ ta’ Qala Sants FC

0
39

Qala Saints FC ħabbru r-ritorn ta’ Shaun Bajada bħala l-Kowċ il-ġdid tagħhom.

Il-Kowċ Bajada mhuwiex wiċċ ġdid għall-Maroons peressli diġà mexxa t-tim qabel u rebaħ it-trofej ewlenin kollha f’Għawdex ma’ Qala Saints FC.

Fil-bidu tal-istaġun kien Gotthard Conti li mexxa lilt-tim fejn rebaħ ukoll is-Super Cup iżda proprju matul il-jum tal-Erbgħa, sar magħruf li hu ma kienx se jibqa jmexxi lil Qala.