Friday, November 15, 2024

Football Ingliż: Rekord ta’ 103 każijiet tal-Covid-19

Aqra wkoll

Rekord ta’ 103 players u persunel tal-Premier League Ingliż irriżultaw pożittivi għal Covid-19 fis-sebat ijiem li wasslu sas-26 ta’ Diċembru inkluż, juru ċifri ġodda.

Ir-rekord preċedenti tal-kampjonat ta’ kull ġimgħa kien ta’ 90 każ, imħabbra ġimgħa ilu.

B’kollox saru 15,186 test bejn l-20 u s-26 ta’ Diċembru, hekk kif il-Premier League reġa’ daħħal l-ittestjar ta’ kuljum tal-players u persunel.

Ħmistax-il logħba mill-ogħla diviżjoni Ingliża s’issa twaqqfu matul Diċembru minħabba każijiet ta’ coronavirus.

Stqarrija tal-Premier League qalet: “Il-miżuri ta’ emerġenza tal-Covid-19 tal-Premier League jinkludu protokolli bħall-ilbies ta’ kisi tal-wiċċ waqt li jkunu ġewwa, l-osservazzjoni tad-distanza soċjali, il-limi­tazzjoni tal-ħin tat-trattament, kif ukoll iż-żieda fl-ittestjar.

“Il-kampjonat qed ikompli jaħdem mal-clubs biex iżomm lin-nies siguri billi jgħin biex jittaffew ir-riskji tal-Covid-19 fi ħdan l-iskwadri tagħhom. 

“Aħna qed nikkollegaw mill-qrib mal-gvern ukoll, l-awtoritajiet lokali u l-gruppi tal-partitarji, filwaqt li nkunu risponsivi għal kwalunkwe tibdil fil-futur nazzjonali jew gwida lokali.”

Il-clubs tal-Premier League u l-English Football League (EFL) riċentement għażlu li jwettqu l-programmi tal-festi minkejja t-tfixkil kontinwu tal-Covid-19.

L-20 club tal-Premier League ltaqgħu l-ġimgħa l-oħra biex jiddiskutu l-lista tal- partiti wara numru ta’ posponimenti.

Ma saret l-ebda votazzjoni, b’żewġ rounds ta’ fixtures jibqgħu fis-seħħ matul ħamest ijiem mis-26 ta’ Diċembru, filwaqt li l-EFL se jilgħab logħob “fejn huwa sigur li dan isir”.

Il-clubs ġew avżati jekk għandhomx 13-il player f’sikkithom, flimkien ma’ goalkeeper, u b’dan għandhom iwettqu l- logħob tagħhom.

Manchester United kellhom iżuru Newcastle tard il-bieraħ filgħaxija biex jilagħbu l-ewwel logħba tagħhom f’aktar minn ġimgħatejn wara li faqqgħet il-Covid-19 fl-iskwadra.

Il-logħba ta’ Watford kontra West Ham tal-lum it-Tlieta se tkun ukoll l-ewwel logħba tagħhom mit-telfa ta’ 2-1 fi Brentford fl-10 ta’ Diċembru.

Il-vjaġġ skedat ta’ Wolves lejn Londra biex jiltaqgħu ma’ Arsenal illum ġie pospost minħabba każijiet ta’ Covid-19 fil-kamp tal-club tal-Midlands, bil-logħba tal-ogħla livell ta’ Leeds United kontra Aston Villa tal-lum ukoll ġiet posposta min­ħabba tifqigħa fil-club ta’ Yorkshire.

Diversi partiti tal-EFL fid-29 u fit-30 ta’ Diċembru ġew posposti wkoll.

Ekonomija

Sport