Tuesday, May 14, 2024

Liverpool viċin Jude Bellingham?

Aqra wkoll

Rapporti mhux uffiċjali fil-Ġermanja qed isostnu li l-midfielder offensiv internazzjonali Ingliż ta’ Borussia Dortmund, Jude Bellingham, jinsab viċin li jingħaqad ma’ Liverpool. 

Il-kuntratt ta’ dan il-player ta’ 18-il sena mal-club Ġermaniż jintemm fl-2025 u qed isostnu li ma għandhom l-ebda intenzjoni li jċeduh, tant, li qed jistmawh €105 miljun. Aktar minn hekk, BVB jinsabu lesti li jingaġġaw lil ħuh, Jobe, biex ikollu l-kumpanija familjari.  

Iżda min-naħa tal-player li diġá lagħab 10 darbiet għal pajjiżu jrid imur jilgħab fil-Premier League Ingliż, sena u nofs biss wara li huwa mar jilgħab fil-Ġermanja mingħand il-club taċ-Championship, Birmingham City. 

Min-naħa tal-manager ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, ilu ammiratur ta’ Bellingham u qal pubblikament li jixtieq is-servizzi tiegħu … anke jekk ikun jista’ jiffirmah f’Jannar li ġej. U b’Dortmund eliminati mill-UEFA Champions League … kollox huwa possibbli. 

Sport