It-team tan-nisa ta’ Birkirkara, is-Sibt wara nofsinhar ġew ippreżentati bit-trofew il-ġdid tal-Kampjonat tan-Nisa Assikura wara li saru champions.
Birkirkara FC huma l-ewwel team li rebħu dan it-trofew ġdid li kien manifatturat mill-kumpanija Ingliża, Thomas Lyte.
Is-Sibt kellu jkun l-aħħar logħba tal-istaġun għall-Istripes, madankollu ngħataw walkover minn San Gwann. Birkirkara kienu bla telfa dan l-istaġun.
Il-President tal-Malta FA Bjorn Vassallo u Lucienne Cini, CEO ta’ Assikura Insurance Brokers PLC ippreżentaw il-midalji lill-players u lill-istaff tekniku filwaqt li l-captain Stephania Farrugia ġiet ippreżentata bit-trofrew.