Sunday, December 22, 2024

Football tan-Nisa: Chelsea jirbħu l-kampjonat għar-raba’ darba nfila

Aqra wkoll

Chelsea rebħu s-Super League tan-Nisa għar-raba’ staġun konsekuttiv hekk kif barra minn darhom huma għelbu lir-Reading bl-iskor ta’ 3-0 biex dawn tal-aħħar sfaw relegati. 

B’hekk il-Pensioners rebħu d-double wara li fil-final tal-FA Cup huma għelbu lil Manchester United bl-iskor ta’ 1-0. 

It-team ta’ Emma Hayes ivvjaġġa lejn is-Select Car Leasing Stadium u kienu konxji li rebħa kienet se tikkonfermahom bħala champions.

L-uniċi sfidanti tagħhom kienu Manchester United, li rebħu 1-0 f’Liverpool iżda spiċċaw żewġ punti wara Chelsea.

Kienet rebħa komda għall-Blues u kien xieraq li Sam Kerr (2) u Guro Reiten iniżżlu isimhom fost l-iskorers hekk kif issiġillaw rebħa brillanti. 

Ekonomija

Sport