Sunday, November 24, 2024

Football tan-Nisa: Imsejħa l-iskwadra nazzjonali għal kontra Azerbaijan

Aqra wkoll

It-team nazzjonali tan-nisa jirritorna fl-azzjoni għall-aħħar żewġ logħbiet tagħhom validi mir-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2023.

It-tim Malti jibda l-aħħar ‘double-header’ ta’ din il-kompetizzjoni b’logħba f’darna kontra Azerbaijan, nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Settembru, fis-Centenary Stadium (kick-off: 7.30 pm).

Imbagħad, il-ġimgħa ta’ wara, it-Tlieta, 6 ta’ Settembru, Malta tiltaqa’ mal-Montenegro, f’Podgorica (kick-off: 6.30 pm).

It-team immexxi mill-coach Mark Gatt, se jkun qed jagħmel ir-ritorn tiegħu fil-ground minn April li għadda meta ospita lill-ġganti Danimarka f’logħba ta’ kwalifikazzjoni qabel ma ffaċċja selezzjoni Taljana ta’ Taħt it-23 sena, f’partita ta’ ħbiberija.

Bħalissa, il-Maltin għandhom erba’ punti –  miksuba fid-draw ta’ 2-2 kontra Bosnja Herzegovina, fis-Centenary Stadium, u f’rebħa ta’ 2-1 kontra l-avversarji li jmiss, Azerbaijan, f’Baku.

Għal dawn iż-żewġ logħbiet, il-coach Gatt sejjaħ 22 player li jinkludu ħames players mit-team ta’ Birkirkara li kisbu l-ewwel rebħa fil-UEFA Women’s Champions League.

L-iskwadra hija:

Goalkeepers

Patricia Ebejer (Mġarr United), Janice Xuereb (Birkirkara).

Difensuri

Rebecca Bajada, Maia Debono (Mġarr United), Jessica Dimech, Jade Flask, Jade Schembri (Swieqi United), Stephania Farrugia, Ann-Marie Said, Charlene Zammit (Birkirkara), Nicole Sciberras (Hibernians).

Midfielders

Rachel Cuschieri (Sampdoria, Italja), Emma Lipman (Como, l-Italja), Maya Lucia (Raiders Lija), Alishia Sultana (Birkirkara), Dorianne Theuma, Shona Zammit (Swieqi United).

Attakkanti

Brenda Borg (Mġarr United), Haley Bugeja (Orlando Pride, Stati Uniti), Ylenia Carabott (Gillingham, Ingilterra), Maria Farrugia (Durham, Ingilterra), Emma Xuereb (Swieqi United).

Sport