Wara li aktar kmieni illum il-kumpanija Forestals tellgħet post dwar raġel li daħal jisraq mill-ħanut tagħhom, ftit tal-ħin ilu qalet li r-raġel mar min jeddu l-ħanut sabiex iħallas l-arloġġ li kien seraq.
Il-kumpanija rringrazzjat lill-pubbliku kif ukoll l-Għassa ta’ Ħal Qormi u dik ta’ Birkirkara tax-xogħol tagħhom.
Apparti minn hekk Forestals ħabbru li se jkunu qed jirduppjaw l-ammont ta’ flus li ħareġ dan ir-raġel sabiex jagħtuhom lil Puttinu Cares.
Dan il-każ ġara wara li Forestals talbu l-għajnuna tal-pubbliku biex jinqabad raġel wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:00 p.m. daħal fil-ħanut tagħhom fl-Imrieħel u seraq smartwatch tad-ditta Samsung.