Wednesday, December 25, 2024

Formula 1: Charles Leclerc jirbaħ il-Grand Prix ta’ Monaco

Aqra wkoll

Is-sewwieq tal-Ferrari, Charles Leclerc, rebaħ il-Grand Prix ta’ Monaco biex għamel dan għall-ewwel darba quddiem il-partitarji tiegħu stess fejn irreġistra ħin ta’ 2:23:15.554.

Iżda wara l-ewwel dawra ta’ din it-tiġrija,  bdew jixxejru l-bnadar ħomor tul iċ-ċirkwit kollu minħabba ħabta kerha bejn is-sewwieq tar-Red Bull, il-Messikan Sergio Perez u ż-żewġ sewwieqa tal-Haas, id-Daniż Kevin Magnussen u l-Ġermaniż, Nico Hulkenberg … li ħolqot kaos kbir fejn it-tiġrija kellha tieqaf għal aktar minn nofs siegħa biex ġie kklerjat id-debris.

Fil-veritá, Perez ra l-karozza tiegħu litteralment titkisser wara li ntlaqat minn wara minn Magnussen fuq ġewwa taċ-ċirkwit hekk kif kien qed jipprepara biex idur mal- kantuniera ta’ Beau Rivage. Iżda b’xorti tajba ħadd ma weġġa’. Min-naħa tiegħu, Hulkenberg intlaqat minn Perez bil-konsegwenza li l-karozza tiegħu daret darbtejn fl-istess post.

Fit-tieni post daħal l-Ispanjol, Carlos Sainz (Ferrari) segwit miż-żewġ Britanniċi, Lando Norris (McLaren) u George Russell (Mercedes).

Il-leader u ċ-champion renjanti, l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull) iddiżappunta bil-kbir meta temm fis-sitt post.

Klassifika (ta’ fuq): 169 – Max Verstappen; 138 – Charles Leclerc; 113 – Lando Norris; 108 – Carlos Sainz; 107 – Sergio Perez; 71 – Oscar Piastri; 54 – George Russell

Ekonomija

Sport