Tuesday, December 24, 2024

Formula 1: Max Verstappen jiddomina l-GP tal-Bahrain

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż, Max Verstappen tar-Red Bull bagħat messaġġ ta’ twissija lir-rivali tiegħu tal-Formula Wieħed b’rebħa dominanti fil-Grand Prix tal-Bahrain meta kompla fejn ħalla fl-istaġun li għadda li biha ngħata bidu għall-istaġun 2024.

Huwa warrab il-kontro­versja dwar il-prinċipal tat-team tiegħu, Christian Hor­ner, biex jiddomina t-tiġrija wara sfida qasira fil-bidu minn Charles Leclerc tal-Ferrari.

Verstappen illidja lill-kollega tiegħu, Sergio Perez quddiem Carlos Sainz tal- Ferrari. Leclerc irkupra milli jinżel fil-ħames post kmieni biex qabeż lil George Russell tal-Mercedes għar-raba’ fl-aħħar dawriet.

Tmiem il-ġimgħa f’Bahrain kien dominat mill-każ ta’ Horner, li għal dan l-aħħar xahar kien fiċ-ċentru ta’ ilment ta’ mġieba mhux xierqa minn impjegata.

Nhar l-Erbgħa, ġurnata qabel ma bdiet l-azzjoni fuq il-korsa, l-uffiċċju ewlieni tar-Red Bull ħabbar li l-ilment kien ġie miċħud.

Wara li kkwalifika, Verstappen ġie mistoqsi darb­tejn jekk kellux fiduċja sħiħa f’Horner bħala l-kap tat-team tar-Red Bull, u fiż-żewġ okkażjonijiet irrifjuta li jagħti tweġiba definittiva.

Mart Horner, l-eks Spice Girl Horner, telgħet Bahrain għat-tiġrija, hekk kif il-koppja għamlu dik li dehret li kienet dehra studjata u kkalkulata għall-kameras.

Għaldaqstant Verstappen jidher li beda l-istaġun fuq nota pożittiva biex jirbaħ il-kampjonat għar-raba’ darba konsekuttiva meta kiseb l-ewwel 26 punt u kien segwit minn 2. Sergio Perez (Red Bull) 18; 3. Carlos Sainz Jnr (Ferrari) 15; 4. Charles LeClerc (Ferrari) 12; 5. George Russell (Mercedes) 10; 6. Lando Norris (McLaren) 8.

Ekonomija

Sport