Saturday, September 26, 2026
Home Sport Mark van Bommel jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għar-rebħa fuq l-Italja … wara stennija...

Mark van Bommel jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għar-rebħa fuq l-Italja … wara stennija ta’ 54 sena

0
49

Mark van Bommel iddeskriva d-debutt tiegħu bħala coach tal-Belġju bħala esperjenza li għamlitu “immensament kuntent”, wara li t-team tiegħu għeleb lill-Italja 2-0 f’Ruma fil-UEFA Nations League. 

Din kienet l-ewwel rebħa tal-Belġju fuq l-Italja f’logħba kompetittiva mill-1972. 

Mika Godts fetaħ l-iskor b’azzjoni individwali eċċellenti, filwaqt li Dodi Lukebakio rdoppja l-vantaġġ b’goal sabiħ. 

Van Bommel qal li t-team beda t-taħriġ b’ħeġġa u intensità kbira u li ħadem fuq is-sistema 4-3-3 għal tlett ijiem. 

Għalkemm ammetta li l-prestazzjoni setgħet titjieb, huwa faħħar il-kontroll tal-Belġju fl-ewwel taqsima. Huwa rrikonoxxa li l-Italja għamlet pressjoni akbar wara l-mistrieħ, iżda l-goalkeeper, Senne Lammens, għamel saves importanti. 

Van Bommel enfasizza wkoll li t-team għandu ħafna players kapaċi jagħmlu d-differenza. Leandro Trossard se jitlef il-logħba kontra Franza minħabba injury fl-għarqub. Kevin De Bruyne, minkejja li għadu mhux kompletament f’siktu, wera titjib kbir u ġie mfaħħar bħala wieħed mill-aqwa players fl-istorja tal-football Belġjan.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here