Saturday, October 10, 2026
Home Sport Formula 1: Max Verstappen jirbaħ il-pole position tal-GP ta’ Singapore

Formula 1: Max Verstappen jirbaħ il-pole position tal-GP ta’ Singapore

0
65

Is-sewwieq Olandiż, Max Verstappen (Red Bull) rebaħ il-pole position għall-Grand Prix ta’ Singapore li se il-Ħadd fiċ-ċir­kwit ta’ Marina Bay meta kiseb l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali .. dak ta’ minuta u 31.373 sekondi. B’hekk din kienet it-tieni pole position fi spazju ta’ jumejn meta rebaħ ukoll il-pole tal-isprint race. 

Huwa għeleb liż-żewġ sewwieqa tal-Ferrari, Charles Leclerc u Lewis Hamilton. Leclerc spiċċa 0.054 sekondi wara Verstappen, filwaqt li Kimi Antonelli (Mercedes) kiseb ir-raba’ post, quddiem Lando Norris (McLaren).

George Russell ikkwalifika fis-sitt post, iżda se jibda minn wara nett minħabba penalitá relatata mal-użu ta’ komponenti tal-magna. Oscar Piastri spiċċa fis-seba’ post, filwaqt li Pierre Gasly, Liam Lawson u Arvid Lindblad temmew l-ewwel għaxra.

Sadanittant, Verstappen (8) rebaħ li Sprint Race meta daħal quddiem Lewis Hamilton (7), Charles Leclerc (6), Kimi Antonelli (5), Liam Lawson (4), Olivier Bearman (3), Nico Hulkenberg (2) u Lando Norris (1). 

Il-Grand Prix tibda fil-11.30 am. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here