Tuesday, December 24, 2024

Formula Wieħed: Max Verstappen jirbaħ il-Grand Prix tal-Messiku

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż tal-Formula Wieħed, Max Verstappen (Red Bull) iddomina l-Grand Prix tal-Messiku biex kiser ir-rekord tiegħu stess ta’ rebħiet fi staġun wieħed … is-16-il waħda biex dan l-istaġun sar wieħed mill-aktar dominanti fl-istorja. 

Minkejja li Verstappen kien “imxekkel” mis-safety car u mill-bandiera l-ħamra, huwa qatt ma deher f’dubju li b’xi mod seta’ jiġi megħlub.

Il-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes) tela’ mis-sitt post tal-grid biex għeleb lis-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari) f’taqtiegħa għall-pożizzjonijiet fuq il-podju.

Fir-raba’ post spiċċa l-Ispanjol Carlos Sainz, segwit mill-Britanniku George Russell, biex rebaħ il-battalja  Ferrari-Mercedes … qabel ma Lando Norris (McLaren) għadda lil sieħbu Brittaniku għall-ħames post meta kien għad fa­dal erba’ dawriet għat-tmiem.

L-Awstraljan, Daniel Ricciardo (Alpha Tauri), temm fis-seba’ post hekk kif ma setax jgħaddi lil Russell fl-aħħar dawra. Din kienet it-tieni tiġrija ta’ Ricciardo mindu rritoran fl-azzjoni minħabba li kien qed jirkupra minn injury ta’ id miksura.

Dan il-Grand Prix kien karatterizzat mill-inċident tal-Messikan, Sergio Perez (Red Bull), li seħħ fid-dawra tal-ftuħ tat-tiġrija wara li għamel kuntatt ma’ Leclerc fl-ewwel kantuniera.

Is-sewwieq tar-Red Bull utilizza l-islipstream f’Dur 1 u kien flimkien ma’ Leclerc u l-kollega Max Verstappen, qabel ma dawwar lejn ir-rokna ta’ ġewwa u għamel kuntatt mal-Ferrari.

Dan wassal biex il-karozza tiegħu għoliet fl-arja u kkawża ħsara mal-impatt mal-art bil-konswegenza li skiddja u ħareġ mit-trakka. 

Perez irritorna lura fil-pit u t-team tiegħu għażel li jirtira il-karozza lura fil-garaxx, fejn it-tekniċi kkonfermaw li ma setax ikompli wara li parti mill-ġwienaħ ta’ quddiem in­kisru mal-impatt. 

Kienet ħasra kbira li l-partitarji Messikani ma setgħux isegwuh u jagħtuh l-appoġġ fost id-diżappunt kbir. 

Klassifika ġenerali (ta’ fuq): 491 – Max Verstappen; 240 – Sergio Perez; 220 – Lewis Hamilton; 183 – Carlos Sainz. Fernando Alonso; 169 – Lando Norris; 166 – Charles Leclerc; 151 – George Russell; 87 – Oscar Piastri; 56 – Pierre Gasly.

Ekonomija

Sport