Iċ-champion tad-dinja Max Verstappen rebaħ ir-raba’ tiġrija konsekuttiva fil-Grand Prix tal-Olanda quddiem il-partitarji tiegħu, bil-Britanniku b’George Russell fuq Mercedes itemm fit-tieni post, fiċ-ċirkwit ta’ Zandvoort
Is-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc fuq Ferrari, daħal fit-tielet post bil-Britanniku, Lewis Hamilton fuq il-Mercedes, itemm fir-raba’ post.
“Jien kburi li jien Olandiż,” qal Verstappen quddiem xejn inqas minn 105,000 partitarju Olandiż, hekk kif għamel pass ieħor deċisiv lejn it-tieni titlu mondjali konsekuttiv.
Huwa kompla jkabbar il-vantaġġ f’ras il-klassifika għal 109 punti … meta għandu 310 segwit miż-żewġ sewwieqa, Leclerc u l-kollega tiegħu Messikan Sergio Perez li għandhom 201 punt.
Fir-raba’ post hemm George Russell, b’188 punt.