Tuesday, March 17, 2026

Forzi Iżraeljani joqtlu koppja Palestinjana u tnejn minn uliedhom

Aqra wkoll

Raġel u mara Palestinjani, u tnejn minn uliedhom żgħar, inqatlu b’tiri mill-forzi Iżraeljani fix-Xatt tal-Punent okkupat. Tnejn minn uliedhom l-oħra ndarbu iżda salvaw. Il-familja kienu qed jivvjaġġaw fil-karozza tagħhom fil-belt ta’ Tammum, fit-Tramuntana tax-Xatt tal-Punent, meta l-forzi Iżraeljani fetħu n-nar fuqhom.

L-awtoritajiet Iżraeljani qalu li operazzjoni konġunta mill-armata u l-pulizija paramilitari tal-fruntiera ta’ Iżrael kienet qed isseħħ fil-belt dak il-ħin. Huma jsostnu li l-karozza aċċellerat lejn il-forzi Iżraeljani, li ħassewhom fil-periklu u wieġbu billi sparaw.

B’riżultat ta’ dan, erba’ Palestinjani fil-vettura nqatlu, qalet stqarrija mill-militar u l-pulizija Iżraeljani, li żiedet li ċ-ċirkostanzi tal-inċident qed jiġu investigati.

Il-ministeru tas-saħħa Palestinjan qal li erba’ membri tal-familja – il-ġenituri Ali u Waad, u tnejn minn uliedhom, Mohammed ta’ ħames snin u Othman ta’ seba’ snin inqatlu. Huma ddaġġlu l-isptar b’feriti ta’ arma tan-nar f’wiċċhom u f’rashom.

Żewġt itfal ikbar, ta’ tmienja u ħdax-il sena, li kienu wkoll qed jivvjaġġaw fil-karozza u raw il-mewt tal-familja tagħhom, salvaw bi ġrieħi ħfief minn shrapnel.

Is-soċjeta tal-Qamar l-Aħmar Palestinjan qalet fi stqarrija li l-forzi Iżraeljani inizjalment żammew lill-ekwipaġġi tagħhom milli jilħqu lill-feruti ġewwa l-karozza u ordnawhom jitilqu miż-żona.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport