Wednesday, April 24, 2024

Fotografu mwaqqaf milli jiġbed fil-protesta

Aqra wkoll

Il-fotografu ta’ dan is-sit ġie mwaqqaf milli jkompli jagħmel xogħlu waqt il-protesta li seħħet illum ġewwa l-Belt Valletta.

Mhux talli ġie mwaqqaf milli jiġbed ir-ritratti ta’ attività li kienet qed isseħħ f’post pubbliku, talli saħansitra kien hemm min beda jiġbidlu filmat.

Xhieda ta’ dan huwa proprju dan ir-ritratt fejn persuna b’wiċċha mgħotti ma ħasbitix darbtejn milli tiġbed filmat tal-fotografu permezz tal-mobile.

Dalgħodu grupp ta’ persuni marru l-Belt Valletta biex jipprotestaw kontra l-miżuri u l-vaċċin tal-Covid-19.

Sport