Saturday, December 21, 2024

“F’pajjiżna għandna l-immunità għall-varjanti kollha”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’intervista li kellna fl-aħħar jiem mat-tabib u riċerkatur Jean Karl Soler tkellimna dwar diversi fatturi relatati mal-virus tal-covid-19.

Dwar l-immunità, Soler tkellem dwar dik naturali, u dik li tingħata mill-vaċċin. Huwa qal li f’sitwazzjonijiet bħala hija l-kundizzjoni tal-ismall pox ma tissugrax li tħalli li persuna taqbadha għax ir-riskji ta’ mewt huma ferm akbar u jitla sa 90 fil-mija. Għalhekk il-persuni jitlaqqmu kontriha. Fil-każ tal-influwenza nlaqqmu lil dawk l-aktar vulnerabbli. Fil-każ ta’ infezzjoni minn virus respiratorju, meta l-każijiet jiżdiedu b’mod   esponenzjali li jfisser li dawn jibdew tilgħin b’rata mgħaġġla sakemm f’perjodu ta’ madwar ġimagħtejn, jistabbilizza u finalment jibda nieżel. Din hija karatteristika speċjalment tal-viruses staġjonali u kif il-kurva ddur ’l isfel, tintlaħaq l-immunità tal-massa. 

“Jiġifieri aħna Malta llum għandna mmunità għall-varjanti kollha li huma preżenti f’Malta. Peress li t-tibdil tal-kurva ssegwi mudell esponenzjali dan ifisser li l-fattur ewlieni mhuwiex lineari bħalma huwa numru fiss ta’ tilqim kuljum. Allura mhux qed ngħid li l-vaċċin ma jaħdimx, iżda li dan għandu l-irwol tiegħu”, tenna Soler.

It-tabib temm jagħlaq b’sommarju tal-punti kollha msemmija f’din l-intervista u sostna li ma tagħmilx sens li nibqgħu nittestjaw lil dawk li m’għandhomx sintomi. Jeħtieġ li jinxtered l-appell li jekk inti marid bħalma konna nagħmlu dejjem fl-influwenza, nibqgħu ġewwa u nżommu bogħod minn persuni oħrajn. Min hu marid ma tagħmilx sens li joħroġ barra u joqgħod jagħtas fuq in-nies u jxerred il-mard. Din mhijiex xi ħaġa ġdida, minn dejjem hekk kien isir”, temm jappella Soler.

Ekonomija

Sport