Wednesday, April 24, 2024

Skont riċerkaturi fl-Istati Uniti tista’ tonqos fil-piż billi torqod aktar

Aqra wkoll

L-ewwel xahar tas-sena diġà jkun ra il-maġġoranza tan-nies jaqtgħu qalbhom mir-riżoluzzjonijiet li jkunu għamlu u x’aktarx waħda minn dawn tkun dik li jitilfu l-piż.

Tim ta’ riċerkatur fl-Istati Uniti sabu li nofsiegħa rqad żejda kuljum tista’ tgħinek tnaqqas madwar 270 kalorija kuljum.

Dawn ir-riċerakturi analizzaw 80 persuna bejn il-21 sena u l-40 sena u li huma obeżi. Apparentament dawn irriżulta li kienu jorqdu anqas minn sitt sigħat u nofs kull lejl.

Mingħajr ma sar tibdil fid-dieta tagħhom, dawn il-persuni kienu imħeġġin iżidu l-irqad tagħhom għal tmien sigħat u nofs. Minn testijiet tal-awrina li sarilhom, irriżulta li b’dak l-ammont ta’ rqad kienu naqqsu l-kaloriji u b’hekk ir-riċerkaturi qegħdin iqisu dan l-istudju bħala wieħed ta’ min joqgħod fuqu.

Sport