Nyla kellha għaxar snin. Kienet kapaċi titkellem bi tlett lingwi. Kienet atletika ħafna. Ftit jiem ilu, ommha Tawainna Anderson, sabitha mitlufa minn sensiha fil-kamra tas-sodda tagħha ġewwa Pennsylvania. Nyla spiċċat tiġġieled għal ħajjitha fit-taqsima tal-kura intensiva.
Il-familja tagħha hi konvinta li hi spiċċat weġgħet lilha nfisha waqt li kienet qed tipprova tagħmel dak li jissejjaħ il-‘Blackout Challenge’. Din hi logħba perikoluża fejn dawk li jilagħbuha jibdew jirrestrinġu in-nifs tagħhom sakemm jintilfu minn sensihom.
Ftit jiem wara li ttieħdet l-isptar Nyla mietet. Omm Nyla riedet li l-istorja ta’ bintha tixxandar u dan bil-għan li ebda ġenituri oħra ma jgħaddu minn dak li għaddiet hi.