Sunday, May 5, 2024

“Sakemm ma nlaqqmux lid-dinja kollha, ma naħsibx li nistgħu negħlbu din il-pandemija”

Aqra wkoll

Il-pandemija globali li għaddejjin minnha bħalissa għandha tintemm is-sena d-dieħla jekk jitlaqqam kulħadd, skont uffiċjali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.

“L-2022 trid tkun it-tmiem tal-pandemija tal-Covid-19,” qal id-Direttur Ġenerali tad-WHO Tedros Adhanom Ghebreyesus meta tkellem ftit tal-jiem ilu.

Huwa qal li jemmen li l-pandemija se tintemm is-sena d-dieħla għaliex, sentejn mis-sitwazzjoni, “nafu l-virus tajjeb ħafna u għandna l-għodda kollha biex niġġieldulu.”

Huwa qal li l-WHO qed tbassar li jkun hemm biżżejjed vaċċini kontra l-Covid-19 biex titlaqqam il-popolazzjoni adulta globali kollha u biex jagħtu d-doża addizzjonali lil dawk li jinsabu f’riskju għoli sal-ewwel kwart tal-2022.

“Sakemm ma nlaqqmux lid-dinja kollha, ma naħsibx li nistgħu ntemmu din il-pandemija,” temm jgħid.

Sport