Tuesday, April 22, 2025

Francis Zammit Dimech se jingħata l-aħħar tislima nhar il-Ħamis

Aqra wkoll

L-Aġent President ta’ Malta, eks Ministru, eks Membru Parlamentari Ewropew u eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech se jkun qed jingħata l-Aħħar Tislima f’ċelebrazzjoni għal ħajtu l-Ħamis li ġej, 24 ta’ April, fis-2pm fil-Knisja ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu, fil-Balluta.

Fid-dawl ta’ dan, bejn illum u għada, id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista se tkun miftuħa għall-pubbliku biex wieħed ikun jista’ jsellem lil Francis Zammit Dimech billi jikteb il-messaġġ tiegħu fil-Ktieb ta’ Kondoljanzi li tħejja għal tal-apposta. Għaldaqstant, wieħed jista’ jżur id-Dar Ċentrali llum it-Tlieta bejn 12pm u t-8pm, kif ukoll għada l-Erbgħa bejn id-9am u t-8pm.

It-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista tkellmet mal-familja u dawk li kienu l-aktar qrib ta’ Francis Zammit Dimech biex flimkien magħhom isiru l-arranġamenti meħtieġa fl-organizzazzjoni tal-Aħħar Tislima. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni ta’ ħajjet Francis Zammit Dimech, il-korteo se jkun qed jgħaddi wkoll minn quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport