Naxxar Lions jirbħu b’goals ta’ żewġ sostituti

0
69
Ritratt: Walter Sargent

Floriana ……………..0

Hamrun Spartans …0

Minn Cristian Muscat

Permezz ta’ wirja ta’ karattru, Naxxar Lions għelbu lil Melita bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu wieħed f’kull taqsima, proprju minn żewġ sostituti, b’din tkun il-ħames rebħa għalihom fil-Closing Round.

Din ir-rebħa għan-Naxxarin kienet tfisser li qab­żu lil Balzan u ħarġu miż-­żona tar-relegazzjoni u għal­daqstant għandhom ċans li jsalvaw billi jilagħbu fil-play-offs.  

Naxxar kellhom lil Nikolai Micallef sospiż, waqt li nieqes għal Melita, kien il-player Karl Mohnani minħabba l-istess raġuni.

Kienu Naxxar li ħolqu l-ewwel periklu fit-13-il minuta meta xutt ta’ Yasu­kadze Ito ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Melita, Andrzej Lubik.

Fl-20 minuta, Melita qal­għu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’għaxar players minħabba li tkeċċa l-istess Lubik wara li mess il-ballun b’idu barra l-kaxxa.

Mill-free-kick li rriżulta, xutt insidjuż ta’ Maicon De Souza Silva ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper sostitut ta’ Melita, Gosef Mizzi.

Naxxar bdew japprofittaw mill-fatt li kienu qed jilagħbu b’superjoritá numerika u tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima,  fetħu l-iskor meta s-sostitut HUGO DOS SANTOS COELHO li, mill-viċin għe­leb għal kollox lil Mizzi.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Naxxar ħarġu ferm aggressivi u fil-51 minuta rduppjaw l-iskor meta Hugo Coelho għadda tajjeb lejn TAKUMA YAMAGUCHI li minn pożizzjoni ideali tefa’ ġewwa. Iżda Melita wettqu reazzjoni tajba u fit-58 minuta, daqqa ta’ ras ta’ Michael Cachia għaddiet barra.

Fl-64 minuta kien Takuma Yamaguchi għal Naxxar li, żmarkat quddiem Gosef Mizzi, ra lil dan tal-aħħar isalva tajjeb. Fis-70 minuta, l-istess Yamaguchi kellu f’saqajh il-ballun tat-tielet goal għal Naxxar iżda minn quddiem il-lasti tefa’ inkredibbilment għoli.

Huma komplew jammi­nistraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.

NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 8-Neil Pace Cocks, 9-Edward Orlando Bolanos Angulo, 10-Edson Farias Cerqueira (28-Giu­seppe Bonanno 83), 11-Tara Ndao (18-Hugo Dos Santos Coelho 33) (13-Kayne Haber 83), 20-Laton, 23-Maicon De Souza Silva (4-Bacary Sane 73), 25-Fernando Barbosa Pereira, 26-Mattias Micallef, 33-Joao Vitor Moura Cardoso, 44-Ito Yasukaze (7-Takuma Yamaguchi 33) – Coach: George Vella

MELITA: 12-Aleksander Andrzej Lubik, 3-Aldair Pena Simanca, 5-Michael Cachia (25-Gareth Barone 63), 10-Matthew Debattista (18-Ensell Attard 62), 11-Alan Borg Olivier, 13-Marc Van De Font Bovenkamp, 14-David Xuereb (1-Gosef Mizzi 24), 21-Nick Cutajar, 22-Gyamfi Collins (6-Jean Pierre Attard 57), 26-Kurt Bondin (19-Jesus Andres Yepez Morlets 57), 27-Andres Camilo Gonzales Sanchez – Coach: Clive Mizzi

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Paul Apap

RABA’ UFF: Daniel Portelli

SKORERS: H. Dos Santos Coelho 42, T. Yamaguchi 50 (NL)

AMMONITI: A. Pena Simanca (M), Laton, M. Debono (NL)

TKEĊĊA: A. Lubik 20 (M)