Wednesday, November 18, 2026
Home Sport Snooker: Aaron Busuttil isir l-ewwel Malti li rebaħ il-Q Tour event

Snooker: Aaron Busuttil isir l-ewwel Malti li rebaħ il-Q Tour event

0
35

Aaron Busuttil, f’Sofia, il -Bulgarija, illum il -Ħamis, kellu waħda mill -aqwa ġranet fil -karrieratiegħu tas-snooker internazzjonali s’issa meta sar l -ewwel plejer Malti li rebaħ kompetizzjoni ta’ Q Tour tal-World Professional Billiards and Snooker Association (WPBSA).

Din il-kompetizzjoni ġiet ikkreata fl-istaġun 2021/22 u fetħet opportunitajiet ġodda biex plejers amateur tas-snooker jaqilbu għal karriera professjonali f’dan l-isport u jieħdu sehem fil-World  Snooker Tour.

Wara li Ħadd li għadda, fl -istess venue, Busuttil rebaħ il -kompetizzjoni tas-Six Reds tal-European Billiards & Snooker Association (EBSA), it-Tlieta beda l-impenji tiegħu fit-tieni Q Tour tal-istaġun wara dak ta’ Leeds li sar f’Awwissu.

Sa qabel illum Busuttil kien diġà kkwalifika fi tliet rawnds, però fl -aħħar jum tal-kompetizzjoni tas-snooker, li kienu f’Sofia fid-9 ta’ Settembru, saru l -kwarti tal-finali, is-semi-finali u anke l-finali.

Aktar kmieni Busuttil għeleb l -ewwel lil Riley Powell ta’ Wales fil -kwarti tal-finali, 4-1, u aktar tard elimina lil Belġjan, Sybren Sokolowski, fis-semi-finali, 4-0.

Għall-finali l-avversarju ta’ Busuttil kien iż-żgħażugħ Ingliż ta’ 17-il sena, Edward Jones, fejn il-Malti kompla juri l -forma eċċellenti li kien jinsab fiha u rebaħ 4 -0 ukoll, bl -iskors tal-frames ikunu: 72-42, 54-20, 76-42, u 69-21.

B’din ir-rebħa, Busuttil kiseb għaxar t’elef punt fil-klassifika tal-punti għall-lista tar-Ranking tal-

Q Tours Ewropej u issa jinsab fit -tieni post wara l-Ingliż, Sanderson Lam, li kien rebaħ l -ewwel event tal-istaġun. Dawn il-punti żgur li ser jgħinu ħafn a biex wara li jintemmu s -seba Q Tours Ewropej f’Sheffield f’F rar li ġej , Busuttil ikun fost is -16-il plejer li jikkwalifikaw għall -Q Tour Global Play -Offs. Aktar minn hekk, jekk jispiċċa fil -quċċata f’din ir -ranking list, jaqleb awtomatikament professjonali u jirbaħ id-dritt li jieħu sehem għal sentejn fil -World Snooker Tour.

Għalhekk il-ġurnata tal-lum bdiet tkabbar it-tama li Aaron Busuttil jersaq lejn it-tragward li jsir plejer professjonali tas -snooker wara Tony Drago u Alex Borg, li tnejn għamlu is em lil Malta f’dan l-isport.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here