Malta se tiffaċċja avversarji familjari, Ċipru u l-Moldova, fi Grupp C5 tan-Nations League tan-Nisa tal-UEFA tal-2027
F’dan il-grupp ta’ tliet timijiet, Malta se tilgħab erba’ logħbiet matul it-twieqi internazzjonali ta’ Marzu, April u Ġunju; żewġ logħbiet se jintlagħbu f’Malta u tnejn barra minn Malta.
Malta tibda l-impenji tagħha barra minn darha kontra Ċipru fis-6 ta’ Marzu, u wara tivvjaġġa lejn il-Moldova fl-20 ta’ April. L-ewwel logħba f’darha ssir fl-24 ta’ April kontra Ċipru, filwaqt li l-kampanja tintemm b’logħba f’Malta kontra l-Moldova fil-15 ta’ Ġunju.
L-aħħar darba li Malta ffaċċjat lil Ċipru kienet matul il-kampanja tan-Nations League tan-Nisa tal-UEFA tal-2025, fejn iż-żewġ timijiet kisbu rebħiet f’darhom. Ċipru rebħu 2–1 fil-21 ta’ Frar 2025, filwaqt li Malta kisbet rebħa ta’ 1–0 fl-Istadium Nazzjonali fit-30 ta’ Mejju 2025. Haley Bugeja skorjat il-gowl deċiżiv f’dik il-logħba, riżultat li assigura l-promozzjoni ta’ Malta għal-League B.
L-aktar konfronti reċenti mal-Moldova saru fl-ewwel edizzjoni tan-Nations League fl-2023. Malta rebħet 2–0 f’darha fis-26 ta’ Settembru 2023, u wara dan, iż-żewġ timijiet ġew draw ta’ 0–0 f’Chişinău fl-1 ta’ Diċembru 2023.
Logħbiet ta’ Grupp C5
MD1 – 2 ta’ Marzu 2027: Ċipru vs Moldova
MD2 – 6 ta’ Marzu 2027: Ċipru vs Malta
MD3 – 20 ta’ April 2027: Moldova vs Malta
MD4 – 24 ta’ April 2027: Malta vs Ċipru
MD5 – 11 ta’ Ġunju 2027: Moldova vs Ċipru
MD6 – 15 ta’ Ġunju 2027: Malta vs Moldova
Logħbiet ta’ ħbiberija f’Malta kontra l-Kosovo u l-Iżrael
Qabel tibda l-kampanja tan-Nations League, it-Tim Nazzjonali tan-Nisa ta’ Malta se jilgħab żewġ logħbiet internazzjonali ta’ ħbiberija f’Malta matul it-tieqa ta’ Novembru u Diċembru. Malta se tiffaċċja lill-Kosovo fid-29 ta’ Novembru 2026, u wara tilgħab kontra Iżrael fil-5 ta’ Diċembru 2026. Iż-żewġ partiti se jsiru fuq il-Pitch 1 fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Futbol, bil-logħob jibda fis-19:00.
Dawn il-partiti se joffru esperjenza internazzjonali siewja u opportunità biex l-iskwadra tkompli t-tħejjija tagħha għall-impenji kompetittivi tal-2027.




