Futur inċert għall-attakkant internazzjonali tal-Kosta tal-Ivorju Franck Kessie li ftit qed isib post mal-klabb tiegħu Barcellona. Il-plejer ta’ 25 sena jrid jitlaq mill-Katalunja u jsib destinazzjoni oħra sabiex ikollu futbol aktar regolari.
Kessie ingħaqad ma’ Barcellona matul din is-sena iżda lagħab biss seba’ partiti fil-Camp Nou.
Sadanittant Inter u Napoli qed jiġru wara l-firma tiegħu possibbilment għal Jannar li ġej.