Thursday, April 25, 2024

Cho Gue-Sung isir popolari fil-Korea t’Isfel

Aqra wkoll

Fil-Korea t’Isfel kulħadd jitkellem dwar l-attakkant internazzjonali Cho Gue-Sung li għen mhux ftit lit-tim nazzjonali ta’ pajjiżu jasal sal-fażi tal-aħħar sittax tat-tazza tad-dinja u kiser ukoll xi rekords personali.

Il-plejer ta’ 24 sena li jilgħab ma’ JeonBuk Hyundai sar l-ewwel plejer mill-Korea t’Isfel li skorja doppjetta fir-rawnd tas-sittax.

Cho qed jiġi segwit minn diversi klabbs Ewropej fit-tentattiv li jiksbu s-servizzi tiegħu iżda mhux biss. Diversi tfajliet Koreani bagħtulu messaġġi fuq il-profil soċjali tiegħu fuq Instagram jgħidulu li jixtiequ joħorġu miegħu!

Sport