Wednesday, April 24, 2024

Alvaro Odriozola segwit minn Roma

Aqra wkoll

AS Roma qed isegwu sew il-progress tad-difensur lemini Alvaro Odriozola. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u bħalissa jinsab fuq il-kotba ta’ Real Madrid għalkemm f’dawn l-aħħar snin dejjem kien misluf ma’ xi klabb fosthom Fiorentina u Bayern Munich. 

Il-kowċ ta’ Roma Jose Mourinho qed jinteressa ruħu f’dan il-plejer speċjalment fid-difiża li hu dipartiment li jixtieq isaħħaħ.

Odriozola lagħab erba’ darbiet mat-tim nazzjonali Spanjol u skorja gowl wieħed biss. Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Real Sociedad u għalkemm ġie akkwistat minn Real Madrid, ftit sab postu mal-Merengues.

Sport