Wednesday, April 24, 2024

Juventus interessati f’Rick Karsdorp

Aqra wkoll

Juventus jinsabu interessati fl-akkwist tal-plejer Olandiż ta’ Roma Rick Karsdorp. Dan tal-aħħar jinsab lest li jitlaq mill-belt kapitali Taljana sabiex isib destinazzjoni oħra wara li kisirha sew mal-kowċ Jose Mourinho.

I Bianconeri permezz tad-direttur Federico Cherubini qed jaħdmu fuq perjodu ta’ self sa Ġunju sabiex eventwalment imorru għalih fis-sajf u jixtruh.

Mill-banda l-oħra, Roma jridu jbigħuh aktar milli jsellfuh tant li qed jisimgħu wkoll offerti mingħand Olympique Marseille.

Sport