Saturday, December 21, 2024

Franco Debono mhux se jikkontesta, iżda ma jeskludix li jkun attiv fil-futur

Aqra wkoll

L-eks deputat Nazzjonalista Franco Debono kkonferma li mhuwiex se jikkontesta għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Huwa qal li d-dikjarazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li ma eskludiex il-kandidatura tiegħu mal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali li jmiss  ġanet ħafna reazzjonijiet pożittivi, b’turija t’appoġġ konsiderevoli u sostanzjali fuq bażi nazzjonali kif ukoll distrettwali.

Debono jkompli li dik id-dikjarazzjoni ta’ Grech kienet sorpriża u rringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni. Huwa qal ukoll li mhux l-istil tiegħu li jgħaġġel fid-dikjarazzjonijiet u wara diversi jiem ta’ riflessjoni ħass li kellu jeskludi tali possibbiltà fiċ-ċirkostanzi preżenti għax ma jħossx li huwa l-mument.

Debono spjega li din id-dikjarazzjoni tiegħu hija b’rispett lejn dawk il-ħafna persuni li fl-aħħar jiem ikkomunikaw miegħu biex iħeġġuh jikkontesta u wegħduh appoġġ sħiħ.

Filwaqt li sellem lill-Kap tal-Oppożizzjoni, irringrazzjah u awguralu kull suċċess, Debono ma eskludiex li fil-futur jipparteċipa b’mod aktar attiv fil-partit.

Ekonomija

Sport