Wednesday, April 24, 2024

Frank Lampardi jitkeċċa minn manager ta’ Everton

Aqra wkoll

Frank Lampard tkeċċa minn manager ta’ Everton hekk kif bħalissa jinsabu fil-post ta’ qabel tal-aħħar tal-Premier League bil-possibbiltá li jiġu relegati għaċ-Championship. 

L-eks midfielder tal-Ingilterra  tkeċċa wara t-telfa ta’ 2-0 kontra West Ham tas-Sibt li għadda.

Dan ir-riżultat ħalla lit-Toffees żewġ punti ‘l bogħod mis-salvazzjoni u bi 15-il punt biss minn 20 logħba tal-kampjonat f’dan l-istaġun.

Lampard tkellem mas-sid Moshiri u ċ-chairman Bill Kenwright fi tmiem il-ġimgħa, flimkien mad-direttur tal-footbal Kevin Thelwell, u kien aċċetta li l-affarijiet kellhom jinbidlu wara t-telfa ta’ 2-0 tas-Sibt f’West Ham.

Sport