Friday, November 15, 2024

Franza jridu li t-telfa ta’ 1-0 kontra t-Tuneżija tinbidel fi draw ta’ 1-1

Aqra wkoll

Franza talbet lill-FIFA biex tibdel ir-riżultat tal-logħba finali tal-grupp tagħhom fit-telfa ta’ 1-0 kontra t-Tuneżija minħabba li ‘goal li bih kisbu’ id-draw fit-98 minuta ma ġiex konvalidat.  

Antoine Griezmann ħaseb li kien salva r-riżultat għal Franza meta skorja tard fil-ħin miżjud. 

Il-logħob baqa’ għaddej hekk kif it-Tuneżini, demoralizzati għall-aħħar, marru f’nofs il-ground biex ikomplu u ftit sekondi wara ntemmet il-partita. 

Peró l-ferħ tal-Franċiżi ntemm ħesrem meta r-referee minn New Zealand, Matthew Conger, saffar għal offside (għall-goal ta’ Griezmann) wara intervent mill-VAR li kien fir-responsabbiltá tal-uffiċjal Qatari, Abdullah al-Marri, fejn sostna li Griezmann waqa’ f’pożizzjoni ta’ offside meta Montassar Talbi ma lagħabx “deliberatament” il-ballun.  

Dik kienet sejħa ferm dubjuża fiha nnifisha, hekk kif Talbi ma kienx taħt pressjoni u seta’ ħalla l-ballun imur barra iżda fil-fatt mess il-ballun bir-ras.  

Conger, madankollu qabel mad-deċiżjoni tal-VAR – li intervjena wkoll biex jgħin fl-għoti tal-penalty għat-tieni goal tal-Portugall kontra l-Urugwaj liema deċiżjoni kienet waħda mill-aktar kontroversjali minħabba li d-difensur tal-Urugwaj, Jose Gimenez, ma kienx qed iħares lejn il-ballun meta mess ma’ idu. 

Peró, ir-regolamenti tal-VAR jippermettu li d-deċiżjonijiet jistgħu jiġu mibdula wara t-tisfira finali – Manchester United kienu ngħataw penalty kontra Brighton fl-istaġun li għadda liema deċiżjoni waslet wara li ntemmet il-logħba. Il-penalty ngħata u dak kien proprju l-goal rebbieħ għar-Red Devils.  

Ekonomija

Sport