Tuesday, May 14, 2024

Pool: It-tim tal-Każin Banda San Ġorġ rebbieħa tal-kompetizzjoni knock-out

Aqra wkoll

It-tim tal-Każin Banda San Ġorġ huma r-rebbieħa tal-kompetizzjoni knock-out, organizzata mill-Malta Pool Association, riservata għall-kategorija tat-Tieni u t-Tielet Diviżjoni. Fil-finali, it-tita’ m Qormi għeleb lil PL Zejtun bl-iskor komdu ta’ 11-5. It-tim ta’ Qormi fetaħ vantaġġ ta’ 5-0 peró l-plejers ta’ Zejtun wettqu rimonta tajba u ġabu l-iskor 5-4.  Fil-frame ta’ wara, il-plejer Żejtuni kellu okkażjoni tajba ħafna li jagħmel l-iskor indaqs peró żball fatali xejjen l-okkażjoni li dawret l-andament tal-logħba favur it-tim ta’ Qormi li ma ħafirx u baqa’ miexi biex kiseb rebħa kbira. 

It-tim ta’ San Ġorġ kien kompost minn Duncan Edwards, Tonio Cassar, Kevin Mercieca, Clayton Attard, Alfred Attard, Ezio Fenech, Vince Saliba, Joseph Casha, Wallace Muscat, Denzel Falzon, Dielyn Edwards u Sacha Gauci.  

Sport