L-uffiċċju tal-prosekutur nazzjonali finanzjarju ta’ Franza ntalab jiftaħ investigazzjoni dwar jekk erba’ banek ibbażati Franza, flimkien ma’ fond ta’ investiment, kinux kompliċi ta’ ħasil ta’ flus u korruzzjoni fil-ftehim ta’ Electrogas.
Sherpa, assoċjazzjoni Franċiża li tiġġieled reati finanzjarji, ingħaqdet mal-fondazzjoni Daphne Caruana Galizia biex tippreżenta l-ilment fil-konfront ta’ BNP Paribas, Societe Generale, Natixis, CIC, u Rivage Investment.
It-talba għall-investigazzjoni tallega li l-istituzzjonijiet finanzjarji taw self multi-miljunarju lil Electrogas minkejja li Daphne Caruana Galizia kienet għamlet allegazzjonijiet dwar il-ftehim tal-powerstation.
Electrogas min-naħa tagħha tiċħad tali allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni u tagħmel referenza għal proċedura ta’ reviżjoni interna li minnha ma rriżulta xejn.