Wednesday, March 27, 2024

Mart Rakhat Aliyev bi proċeduri legali kontra l-Gvern Malti fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem

Aqra wkoll

Mart Rakhat Aliyev se tkun qed tfittex lill-Gvern Malti quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. Dan kien rapportat minn sit tal-aħbarijiet fil-Kazakhstan.

Elnara Shorazova, li kienet it-tieni mara ta’ Aliyev, li kien eżilja lilu nnifsu f’pajjiżna għal perjodu ta’ żmien, qed tilmenta li l-Gvern Malti laqa’ talba ta’ ffriżar ta’ assi u kaġun ta’ hekk kisrilha d-drittijiet tagħha minħabba li tali talba saret minn reġim li ma setax joffri garanzija tad-ritt għal smigħ xieraq ta’ kawża.

Shorazova żiedet tgħid li l-ordni tal-iffriżar tal-assi, fis-seħħ mill-2014, kienet waħda ibbażata fuq akkużi motivati politikament.

Qalet li t-talba ma kellhiex interess pubbliku, b’mod speċjali f’Malta, u li Malta kellha l-obbligu li ma ssirx kompliċi fi ksur ta’ drittijiet tal-bniedem ippjanati mill-Kazakhstan.

Ekonomija

Sport