Friday, November 15, 2024

French Open: Novak Djokovic u Iga Swiatek ikomplu javvanzaw

Aqra wkoll

Is-seed numru 3 tal-irġiel, is-Serb Novak Djokovic, u dik numru wieħed tan-nisa, il-Pollakka Iga Swiatek, għaddew għat-tielet round tal-French Open li qed isir f’Roland Garros.

Djokovic għeleb lill-Ungeriż Marton Fucsovics 7-6 (7-2) 6-0 6-3 meta rkupra minn bidu ħażin fl-ewwel set waqt li Swiatek kisbet rebħa faċli fuq ċ-Ċiniża, Claire Liu, 6-4 6-0.

Is-seed numru 7, ir-Russu, Andrey Rublev, li qed jipprova jirbaħ l-ewwel titlu tal-Grand Slam, għeleb lil Corentin Moutet ta’ Franza, 6-4 6-2 3-6 6-3 waqt li Juan Pablo Varillas tal-Peru, irkupra żewġ sets biex ħoloq sorpriża meta elimina lill-Ispanjol, Roberto Bautista Agut, 1-6 4-6 6-3 6-1 6-1.

Sorpriża oħra ġiet reġistrata mill-Ġermaniż Daniel Altmaier li elimina lit-Taljan, Jannick Sinner f’ħames sets, 6-7 (0-7) 7-6 (9-7) 1-6 6-7 (4-7) 7-5.

Il-Kanadiż Denis Shapovalov ħa erba’ sets biex għeleb lit-Taljan Matteo Arnaldi, 6-2 3-6 6-3 6-3, iżda t-Taljan l-ieħor Lorenzo Sonego kellu xorti aħjar meta għeleb lill-Franċiż, Ugo Humbert ta’ Franza, 6-4 6-3, 7-6 (7-3). Anke l-kompatrijott tiegħu, Lorenzo Musetti, kompla għaddej meta għeleb lir-Russu, Alexander Shevchenko, 6-1 6-1 6-2.

Il-Brażiljan Thiago Seyboth Wild, li kien elimina lir-Russu seed numru 3, Daniil Medvedev kiseb rebħa wkoll meta għeleb lill-Arġentin Guido Pella, 6-3 3-6 6-4 6-3.

Rebbieħa oħra fil-kategorija tan-nisa kienu Ons Jabeur (Tuneżija) v Oceane Dodin (Franza) 6-2 6-3; Clara Tauson (Danimarka) v Leylah Fernandez (Kanada) 6-3 5-7 6-4; Irina-Camila Begu (Rumanija) v Sara Errani (Italja) 6-3 6-0; Kamilla Rakhimova (Russja) v Magdalena Frech (Polonja) 6-3 6-4 u Sloane Stephens (US) v Varvara Gracheva (Russja) 6-2 6-1.

Ekonomija

Sport