Wara l-eliminazzjoni mill-UEFA Champions League, issa hija ħaġa kważi ċerta li l-midfielder internazzjonali Olandiż, Frenkie De Jong, se jitlaq lil Barcelona f’Jannar li ġej.
Wara tant spekulazzjoni dwar il-futur tal-player ta’ 25 sena, id-diriġenti Katalani mistennija jpoġġu madwar mejda miegħu fejn se jiġi diskuss il-futur tiegħu.
Il-fatt li Barca m’għadhomx jilagħbu fl-aqwa kompetizzjoni Ewropea, jista’ jkun biex miftuħ biex De Jong imur jilgħab x’imkien ieħor.
Ir-relazzjoni bejn iż-żewġ partijiet hija waħda tossika u għaldaqstant il-player jista’ jkompli jilgħab fil-UEFA Champions jekk huwa jingħaqad ma’ xi club li jinsabu fl-Aħħar 16.
Minn dawn, Liverpool u Chelsea, qed juru nteress kbir fil-firma tiegħu.