Sunday, May 5, 2024

Jittella’ katavru mill-baħar f’Għawdex

Aqra wkoll

Katavru ttella’ mill-baħar fl-inħawi ta’ Marsalforn f’Għawdex wara li għall-ħabta tal-11:15 a.m il-pulizija daħlilha rapport.

Mill-informazzjoni tar-rapport li kien dwar persuna li kienet lemħet ġisem ta’ persuna fil-baħar, il-pulizija talbet minnufih l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li min-naħa tagħhom marru fuq il-post, tellgħu l-katavru u ħaduh ix-Xatt ta’ l-Imġarr.

Minn investigazzjonijiet li saru, irriżulta li l-ġisem x’aktarx huwa ta’ mara però sa issa għadha mhux identifikata peress li l-ġisem instab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-katavru sabiex tiġi stabbilità l-kawża tal-mewt.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Sport