Friday, December 13, 2024

Frieda: Il-mużiċista transesswali li rreżistiet lin-Nażisti

Aqra wkoll

Bħal-lum 10 ta’ Mejju tas-sena 1904, twieldet Frieda Belinfante f’Amstedam. Hi kien mużiċista, lesbjana u baqgħet magħrufa għar-reżistenza tagħha kontra n-Nażisti.

Waqt l-okkupazzjoni Ġermaniża, hi ngħaqdet mal-movimenti tar-reżistenza. Xogħolha kien li tbiddel dokumenti marbutin ma’ persuni li kienu qed jaħbu persuni min-Nażi u l-kollaboraturi tagħhom.  

Flimkien ma’ Willem Arondeus hi għenet biex twettaq pjan, li kien suċċess, u dan kien jikkonsisti f’attakk fuq ir-reġistru tal-popolazzjoni f’Amsterdam. Dan l-attakk kien wassal biex inqerdu r-rekords tal-karta tal-identità. Minħabba dan, dokumenti mbagħbsin ma setgħux ikunu identifikati. 

Kien hemm diversi persuni li ġew arrestati b’rabta ma’ dan l-attakk u nqatlu. Frieda rnexxielha tevadi dan billi libset ta’ raġel u ħarbet lejn l-Iżvizzera. Il-ħarba tagħha seħħet bl-għajnuna tar-reżistenza Franċiża. Hi rnexxielha tibqa’ ħielsa u għexet sa 90 sena. 

Ekonomija

Sport