Saturday, December 21, 2024

Frontliner imwissi mill-ġenituri li kienu infettati ma jiqafx milli jsalvalhom lil binhom

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Frontliner f’wieħed miċ-ċentri tal-ittestjar għall-Covid-19 fl-Ingilterra ġera kemm felaħ lejn omm titkarrab għall-għajnuna f’mument ta’ paniku wara li t-tarbija tagħha sofriet kumplikazzjonijiet ta’ attakk pupletku.

Il-każ seħħ fis-6 ta’ Jannar meta Michelle Kleanthous irriżultat pożittiva għall-virus u għalhekk marret ma’ żewġha u t-tliet uliedhom biex jagħmlu t-testijiet huma wkoll.

L-omm tirrakkonta kif wieħed mill-paramediċi li kienu għaddejjin bil-ħidma tagħhom fiċ-ċentru f’Hertfordshire se jibqa’ jkollu post speċjali f’qalbhom wara li salvalhom lil binhom b’intervent immedjat li għenu jibqa’ jieħu n-nifs sakemm ġiet l-ambulanza.

Dan l-eroj bl-isem ta’ Roland issa jinsab fi kwarantina u dan hekk kif ma ħallhiex il-fatt li quddiemu kellu persuna pożittiva għall-covid-19, iżda omm iddisprata li mingħajr assistenza medika immedjata setgħet tilfet liċ-ċkejken Christian.

“Għidnielu li kellna l-Covid iżda hu qalila li ma kienx jimpurtah. Ma riedx jitlaq lil Christian minn idejh qabel għaddih u nnifsu lill-paramediċi fl-ambulanza. Prattikament huwa ġab il-ħajja tat-tifel tagħna qabel is-saħħa tiegħu”, spjegat l-omm fi kliem ta’ gratitudni kbira lejn Roland.

Iċ-ċkejken Christian issa jinsab rikoverat fl-Isptar Lister fi Stevenage u rriżulta li qiegħed ibati minn meninġite filwaqt li rriżulta wkoll pożittiv għall-virus tal-Covid-19.

Il-ġenituri qalu li filwaqt li ma waqfux jitolbu għaċ-ċkejken, fi ħsiebhom hemm ukoll Roland li spiċċa jitlef jiem ta’ xogħol minħabba l-att erojiku. Skonthom li kieku hu ma nzertax xogħol dakinhar kieku llum jaf qegħdin jgħixu realtà ferm aktar kiefra minn dik li qegħdin fiha.

Ekonomija

Sport