Wednesday, April 24, 2024

Dawk mhux imlaqqmin b’riskju ta’ 20 darba aktar li jmutu bil-Covid-19

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kwistjonijiet marbutin mat-tilqim kontra l-Covid-19, kemm madwar id-dinja u anke f’Malta qed ikomplu joħolqu diskussjoni. Hu fatt li hemm nies li qed jirrappurtaw li batew minn ‘effetti’ wara li ħadu t-tilqima, fejn l-esperti mediċini dejjem sostnew li jista’ jkun hemm dawk li jissejħu effetti wara kull tilqima li tieħu mhux biss dik tal-Covid-19.  Qed naraw realtajiet differenti madwar id-dinja fejn waqt li hawn pajjiżi u ċittadini li qed jitkarrbu għat-tilqim, f’oħrajn speċjament f’pajjiżi tal-punent qed ikun hemm protesti, ħafna drabi xprunati minn dawk tal-lemin estrem u partiti estremi oħra kontra t-tilqima. Dan meta llum hu pprruvat li t-tilqim wassal biex naqsu l-imwiet mill-Covid-19 u l-ammont ta’ nies li jiddaħħlu l-isptar. 

Proprju fl-aħħar jiem, iċ-Ċentru Spanjol għall-Emerġenzi fis-Saħħa ppubblika studju, liema studju qed juri li persuni li mhumiex imlaqqmin u li għandhom bejn 60 u 79 sena għandhom riskju ta’ kważi 20 darba aktar li jispiċċaw imutu bil-Covid-19 meta mqabblin ma’ dawk tal-istess età u li ħadu t-tilqima. 

Dan l-istudju li qed jingħata importanza, tkellmet fuqu ukoll il-Ministru għas-Saħħa, Carolina Darias.  Il-Ministru għas-Saħħa, meta tkellmet dwar dan l-istudju ddikjarat li hekk kif il-proċess ta’ tilqim fi Spanja beda jirranka l-imwiet naqsu għal 1.3 fil-mija u dan meta fil-bidu tal-pandemija dawn kienu jlaħħqu għal 4 fil-mija. 

Dan l-istudju jaqbel ma’ dak li kien inħareġ miċ-Ċentru għall-Kontroll tal-Mard fl-Istati Uniti

Dan l-istudju jaqbel kompletament ma’ studju li kien sar miċ-Ċentru għall-Kontroll tal-Mard fl-Istati Uniti, fejn studju li dawn kienu ħejjew ukoll kien wera li dawk li ma tlaqqmux kontra l-Covid-19  għandhom riskju ta’ 20 fil-mija aktar li jmutu bil-Covid-19 meta mqabblin ma’ dawk li jkunu tlaqqmu. Dan l-istudju kien wera ukoll li dawn mhux imlaqqmin għandhom riskju ta’ 10 darbiet aktar li jispiċċaw infettati bil-virus meta mqabblin ma’ dawk li tlaqqmu. 

Sport