Saturday, December 21, 2024

Frontliner titlef ħajjitha f’inċident bejn ambulanza u trakk fl-Ingilterra

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bosta qegħdin isellmu l-memorja ta’ waħda mill-paramediċi li mietet f’inċident tat-traffiku li seħħ bejn ambulanza u trakk tas-siment f’Kent fl-Ingilterra.

Il-vittma ġiet identifkata bħala Alice Clark u fl-ewwel reazzjonijiet imbikkmin tagħhom il-ġenituri żvelaw li binthom kienet tant eċitata li finalment kienet kwalifikat bħala frontliner biex tkun tista’ tgħin lill-komunità.

Il-Pulizija f’Kent ikkonfermat dwar l-inċident traġiku u li minbarra l-vittma hemm persuna oħra li qiegħed jissielet għal ħajtu wara li ttieħed b’urġenza lejn sptar f’Londra. Studenta oħra li kienet qiegħda fuq in-naħa ta’ wara tal-ambulanza meta seħħ l-inċident wkoll ittieħdet lejn l-isptar minħabba ġrieħi li sofriet f’rasha.

Minkejja li l-vittma kien ilha biss minn Novembru li ngħaqdet mas-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa fl-Ingilterra, il-kollegi tagħha ddeskrivewha bħala persuna dedikata li f’perjodu daqstant qasir rnexxielha tagħti xi ħaġa speċjali fit-tim tal-paramediċi fid-dipartiment tal-ambulanzi.

Ekonomija

Sport