Wednesday, April 24, 2024

Sejħa lura ta’ diversi ġugarelli

Aqra wkoll

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tixtieq tgħarraf lill-pubbliku dwar diversi sejħiet lura ta’ prodotti li qegħdin isiru wara serje ta’ testijiet li għamlet l-Awtorità bħala parti minn proġett fuq skala Ewropea. L-ismijiet tal-prodotti, dettalji ta’ identifikazzjoni oħra u ritratti jinsabu mehmużin ma’ din l-istqarrija għall-istampa (f’PDF). Uħud minn dawn il-prodotti nstabu li kienu disponibbli għall-konsumaturi Maltin online minn pajjiżi barra l-UE.

Dawn il-prodotti mhux konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar is-Sigurezza tal-Ġugarelli u l-istandards applikabbli Ewropej. Il-ġugarelli għandhom partijiet żgħar li jistgħu jibilgħuhom it-tfal u jagħlqulhom il-fluss ta’ arja, kimika projbita għall-użu f’oġġetti għall-konsumatur u/jew ippakkeġġjar li jippreżenta riskji ta’ strangolazzjoni jew affissija lit-tfal, fost l-oħrajn.

Konsumaturi li xtraw dawn il-prodotti huma mitluba jieqfu jużawhom immedjatament u jiddisponu minnhom b’mod xieraq jew, fejn hu possibbli, jirritornawhom lura minn fejn xtrawhom. Skont il-liġi, il-bejjiegħa huma obbligati li joffru rimedju lill-konsumaturi li jirritornaw dawn il-prodotti, liema rimedju jista’ jinvolvi tiswija tal-prodott, fejn hu possibli, jew il-bdil tal-prodott ma’ wieħed sigur.

Il-konsumaturi huma mħeġġa jiżguraw li l-ġugarell li jkunu qed jixtru għandu miktub l-isem u l-indirizz tal-manifattur u l-importatur, u n-numru tat-tip, tal-lott, tas-serje jew tal-mudell jew element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati. Din l-informazzjoni tista’ tkun ipprovduta fuq l-ippakkeġġjar jew f’dokumenti li jakkumpanjaw il-ġugarell, jekk id-daqs jew in-natura tal-prodott ma tagħmilx dan possibbli.

Il-konsumaturi huma wkoll imħeġġa jiċċekjaw jekk il-prodott li se jixtru kienx imsejjaħ lura billi jaċċessaw bażi ta’ data online dwar sejħiet lura ta’ prodotti mhux siguri bħal Safety Gate (https://ec.europa.eu/safety-gate-alerts/screen/webReport). Barra minn hekk, meta jixtri online, il-konsumatur għandu jaqra reviews u jiskopri dwar mingħand min verament qed jixtri.

Minkejja l-prekawzjonijiet meħuda, il-konsumaturi jistgħu xorta waħda jaffaċċjaw problemi marbuta mas-sigurtà tal-prodotti. Il-konsumaturi huma mħeġġa jirrappurtaw dawn il-problemi lill-bejjiegħ u lill-online platform, kif ukoll jinfurmaw lill-MCCAA. Il-konsumaturi huma wkoll imħeġġa jiktbu reviews dwar prodotti u bejjiegħa sabiex iwissu lil konsumaturi oħrajn.

Għal aktar informazzjoni jew mistoqsijiet oħra, tista’ tikkuntattja lill-MCCAA fuq [email protected].

Lista ta’ prodotti msejħa lura:

  • 4 Channels R/C AeroBus (Code: HURC1101) minħabba l-preżenza ta’ kimika pprojbita għall-prodotti tal-konsumatur.
  • 1213 Toys Baby Doll  (Bar code: 1287770174561) minħabba l-preżenza ta’ kimika pprojbita għall-prodotti tal-konsumatur.
  • Remote Control Honeybee Vehicle (Bar code: 999800352; nru. tal-prodott: 34681) minħabba l-preżenza ta’ kimika pprojbita għall-prodotti tal-konsumatur.
  • Wheel King New 4×4 No. 755-3B (Bar code: 5356101803923) minħabba l-preżenza ta’ kimika pprojbita għall-prodotti tal-konsumatur.

Prodotti li kienu disponibbli minn pajjiżi barra l-UE:

  • Baby Bath Toys (Cartoon Tortoise Whale Animal) minħabba l-preżenza ta’ partijiet żgħar li jistgħu jinbelgħu u b’hekk jimblukkaw il-passaġġ tan-nifs.
  • 10pcs/lot Cute Baby Kids Squeaky Rubber Ducks Bath minħabba l-preżenza ta’ kimika pprojbita għall-prodotti tal-konsumatur.
  • 12cm Transformation Robot Kit Toys Transformer 2 in 1 (Optimus Hornets Model Deformed Car) minħabba l-ippakkeġġjar li jippreżenta riskju ta’ soffokazzjoni.
  • Cute Animals Swimming Water Toys (Colorful Soft Rubber Float Squeeze) minħabba l-ippakkeġġjar li jippreżenta riskju ta’ soffokazzjoni u l-preżenza ta’ partijiet żgħar u forom ġeometriċi rregolari li jistgħu jinbelgħu u b’hekk jimblokkaw l-fluss tal-arja.
  • 12pcs Children’s Toy Simulation Bow Accessories minħabba l-ippakkeġġjar li jippreżenta riskju ta’ soffokazzjoni.
  • 2pcs/set Baby Rattles (Code: WJ264) minħabba l-ħoss qawwi li joħroġ mill-ġugarell li jista’ jikkawża ħsara lill-kapaċità tas-smigħ tat-tfal.
  • Baby Rattles Toy (Code: WJ482) minħabba l-ħoss qawwi li joħroġ mill-ġugarell li jista’ jikkawża ħsara lill-kapaċità tas-smigħ tat-tfal.
  • 0-12 Months Baby Rattles Toy Cars minħabba l-ħoss qawwi li joħroġ mill-ġugarell li jista’ jikkawża ħsara lill-kapaċità tas-smigħ tat-tfal u l-forma ġeometrika tal-ġugarell li jista’ jimblokka l-fluss tal-arja jekk jinbelgħa.
  • Fun Simulation Archery Bow and Arrow Toy Set with 3pcs Suction Cup Arrows and 1pc Bow minħabba l-preżenza ta’ kimika pprojbita għall-prodotti tal-konsumatur.
  • Sonic 6piece/set Doll Anime Figure Toys 4th Generation Boom (Dr Eggman Shadow) minħabba l-preżenza ta’ kimika pprojbita għall-prodotti tal-konsumatur.
  • Inflatable 25cm Balloon minħabba l-preżenza ta’ kimika pprojbita għall-prodotti tal-konsumatur u l-ippakkeġġjar tal-ġugarell li jippreżenta riskju ta’ soffokazzjoni għat-tfal.        
  • Mini Cute Candy Color Transparent Pull Back Car Model minħabba l-qies tal-ġugarell li jitqies żgħir u li għalhekk jista’ jimblokka l-fluss tal-arja jekk jinbelgħa.
  • Cute Mini Moveable Cars Mold minħabba l-preżenza ta’ kimika pprojbita għall-prodotti tal-konsumatur.
  • Cute Dolls Toys (Contemporary Doll) minħabba l-ippakkeġġjar li jippreżenta riskju ta’ soffokazzjoni.
  • Family 4 Person Doll Set minħabba l-ippakkeġġjar li jippreżenta riskju ta’ soffokazzjoni u l-preżenza ta’ kimika pprojbita għall-prodotti tal-konsumatur.
  • 21 Inch Outdoor Shooting Toys For Children Simulation Plastic Bow 4pcs minħabba l-preżenza ta’ kimika pprojbita għall-prodotti tal-konsumatur u l-ippakkeġġjar tal-ġugarell li jippreżenta riskju ta’ soffokazzjoni għat-tfal.
  • Baby Bathing Floating Soft Rubber Animals (Spoon-Net 1 set) minħabba l-ippakkeġġjar li jippreżenta riskju ta’ soffokazzjoni u l-forma ġeometrika irregolari tal-prodott li tista’ timblokka l-fluss tal-arja jekk jinbelgħa.
  • Funny Mini Plastic Cartoon Octopus Clockwork Wind Up minħabba l-ippakkeġġjar li jippreżenta riskju ta’ soffokazzjoni.
  • Children Soft Bullet Toy Gun (Darting Board wtih Soft Throwing Bullet) minħabba l-preżenza ta’ kimika pprojbita għall-prodotti tal-konsumatur.

Sport